Monday, February 9, 2026

Abner mhuwiex fi stat ta’ ġenn u għalhekk jista’ jgħaddi ġuri

Aqra wkoll

Abner Aquilina, li bħalissa jinsab akkużat bil-qtil ta’ Paulina Dembska fil-bidu ta’ Jannar ta’ erba’ snin f’Tas-Sliema iddikjara li ma jinsabx fi stat ta’ ġenn.

Fil-Qorti, il-psikjatri Joe Cassar, Anton Grech u George Debono ddikjaraw li Abner ma’ jinsabx fi stat ta’ ġenn u li għalhekk huwa kapaċi jifhem dak li għaddej fil-Qorti. Quddiem l-Imħallef Natasha Galea Sciberras, ġie ikkonfemat li għalhekkk il-każ jista’ jgħaddi ġuri.

Mill-Qorti ħareġ li nhar it-Tnejn illi ġej, Aquilina kellu jgħaddi ġurin fejn fih kien se jiġi stabbilixxit jekk Abner hux qiegħed fi stat ta’ ġenn u jekk dakinhar li wettaq l-omiċidju, kienx qiegħed jifhem li wettaq reat kriminali u jekk xtaqx jagħmel dan.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, għal Aquilina qed qed jidher l-Avukat Josè Herrera waqt li l-Avukati Lara Dimitrijevic u Stephanie Caruana qed jidhru f’isem il-familja ta’ Dembska.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport