Saturday, December 14, 2024

Abramovich jitfa’ lil Chelsea għall-bejgħ

Aqra wkoll

Il-biljunarju Svizzeru, Hansjorg Wyss, stqarr li ġie offrut iċ-ċans li jingħaqad ma’ konsorzju ta’  sitta jew seba’ investituri oħra biex jixtru lil Chelsea għas-somma ta’ £2 biljuni. 

Wyss, li għandu 86 sena, huwa rrappurtat li jiswa  £4.3bn fejn qed juri interess li jixtri l-klabb ta’ Stamford Bridge mingħand Roman Abramovich, iżda biss f’konsorzju.

Il-biljunarju Russu Abramovich esprima pubblikament ix-xewqa tiegħu li jżomm is-sjieda ta’ Chelsea, iżda dan jista’ jkun impossibbli jekk il-Gvern tar-Renju Unit jimponi sanzjonijiet fuqu.

Wyss stqarr li se jħares lejn id-dettalji ta’ kwalunkwe ftehim possibbli iżda mhux għal din is-somma li qed tintalab. 

“Abramovich qed jipprova jbiegħ il-vilel kollha tiegħu fl-Ingilterra, irid ukoll jeħles mill-klabb ta’ Chelsea malajr kemm jista’ jkun,” qal Wyss.

“Jien u tliet persuni oħra rċevejna offerta nhar it-Tlieta biex nixtru lil Chelsea mingħand Abramovich.

“Issa għandi nistenna erba’ sa ħamest ijiem. Abramovich bħalissa qed jitlob wisq. Chelsea għandhom jagħtuh £2 biljuni. Iżda Chelsea m’għandhomx flus. Mil-lum, ma nafux il-prezz eżatt tal-bejgħ. Peró mhux se nħallas £2 biljuni.

Nhar is-Sibt li għadda Abramovich ċeda t-tmexxija tal-club wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.

Ekonomija

Sport