Friday, May 17, 2024

Innutata ċaqliqa ta’ voti akbar lejn il-PL

Aqra wkoll

“Mill-aħħar stħarriġ  jidher li hemm aktar ċaqliq ta’ voti mill-Partit Nazzjonalista lejn il-Partit Laburista, milli hemm mill-Partit Laburista lejn il-Partit Nazzjonalista.” Dan stqarru l-istatistiku Dott. Vincent Marmara’ f’kummenti ma’ Talk.mt.

L-istatistiku spjega kif fost fatturi li wieħed irid jinnota fi stħarriġ tal-opinjoni pubblika hija x-shifts li jkun hemm bejn partit u ieħor. “Trid tara li dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2017 – kemm hemm minnhom li qed jgħidu li ser jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista, u bl-istess mod trid tanalizza kemm minn dawk li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017 kemm hemm minnhom li vvutaw lill-Partit Laburista. Trid tosserva wkoll lil dawk li qed jgħidu li ser jerġgħu jivvutaw lill-istess partit li  taw il-fiduċja tagħhom fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Naraw ukoll dawk li qed jgħidu li mhux ser jivvutaw jew jinsabu indeċiżi lil min ser jivvutaw.” Kompla jispjega li dawn huma kollha fatturi importanti li min qed janalizza stħarriġ irid jeħodhom f’kunsiderazzjoni ħalli wieħed ikun jista’ jifhem is-sitwazzjoni jekk tkunx qed tinbidel jew le.

Dott. Marmara’ qal li f’dawn l-aħħar snin dejjem rajna li mhemmx shifts partikolari kbar minn partit għall-ieħor. U dan kuntrarajament għal dak li seħħ fis-sondaġġi li kien jagħmel bejn l-2008 u l-2010. “Wieħed kien jara shifts ta’ bejn 10% u 12% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tal-2008 u li bdew jgħidu li ser jivvutaw lill-Partit Laburista fl-elezzjoni tal-2013. Dawn kienu shifts sinifikanti ħafna u li ġew konfermati fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2009,” temm jgħid

Sport