AC Milan huma ħerqana li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Arsenal, Alexandre Lacazette matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Il-player ta’ 30 sena, li skorja tliet goals fi 11-il dehra mal-Gunners dan l-istaġun, għandu biss kuntratt fl-Emirates Stadium sa Ġunju li ġej.
Lacazette dan l-aħħar żvela li l-aġenti tiegħu qed jibdew iħarsu lejn l-għażliet disponibbli għalih qabel Jannar, meta jkun liberu li jitkellem ma’ clubs barranin.
Barcelona, Atletico Madrid u Newcastle United għadhom marbutin mal-Franċiż, filwaqt li Milan ġew ukoll akkreditati b’interess f’dawn l-aħħar xhur.
AC Milan ma jridux jistennew sal-aħħar tal-istaġun biex jiffirmaw lil Lacazette u minflok se jagħfsu biex iġibuh f’San Siro matul it-tieqa tat-trasferimenti tax-xitwa.
L-attakkant skorja 68 goal u rreġistra 29 assist f’181 dehra għall-Gunners minn meta ngħaqad magħhom mingħand Lyon f’Lulju 2017.