AC Milan huma rappurtati lesti li jidħlu f’taqtiegħa ma’ Arsenal għall-firma tal-attakkant ta’ Manchester City, Raheem Sterling, dan is-sajf.
Il-player ta’ 27 sena ma setax jikseb post regolari mal-ewwel 11 ta’ Pep Guardiola u ssemma’ li seta’ javvanza l-karriera tiegħu xi mkien ieħor mill-istaġun 2022-23 ’il quddiem.
Sterling għad irid ukoll jimpenja ruħu għal ftehim ġdid maċ-champions tal-Premier League lil hinn mis-sajf tal-2023, li jħalli lil City f’pożizzjoni diffiċli rigward il-futur tiegħu.
Is-Citizens jistgħu jaċċettaw ħlas bi prezz imnaqqas għall-ex player ta’ Liverpool sabiex jevitaw li jitilfuh bi free transfer matul l-istaġun li ġej, u mhux mistenni li jkun nieqes minn clubs interessati fis-servizzi tiegħu.
Barcelona ssemmew li setgħu iġibu lil Sterling fil-Camp Nou b’self lura f’Jannar, iżda l-problemi finanzjarji kontinwi tal-Katalani jagħmlu offerta fis-sajf tidher improbabbli.
Sterling jaf tajjeb lill-manager ta’ Arsenal Mikel Arteta minn żmienu bħala assistent ta’ Pep Guardiola, u huwa mifhum li l-manager Spanjol jinsab ħerqan li jingħaqad mal-ex player tiegħu fl-Emirates Stadium.