Tuesday, May 14, 2024

ARA: Tniedi kanzunetta ddedikata lill-ommijiet kollha inkluż dawk li ħallew din l-art

Aqra wkoll

Dr Lynn Chircop Faure din il-ġimgħa nediet diska ġdida bl-isem ta’ ‘Fis-skiet mal-omm – Betty’.

Bi kliem u mużika tagħha stess, Dr Lynn spjegat li din il-kompożizzjoni qed tiġi ddedikata lill-ommijiet kollha, inkluż dawk li ħallew din l-art għaliex fis-skiet l-ulied jibqgħu jħossu lil ommijiet tagħhom f’qalbhom u qribhom tul ħajjithom kollha. 

“Ktibt din il-kanzunetta għal Jum l-Omm b’rikonoxximent speċjali lil ommi Carmen Chircop ta’ kulma tagħmel għalija. Infakkar l-effett tal-imħabba tal-ommijiet fuq uliedhom u nsellem lil għażiża kunjata, Elizabeth Faure magħrufa bħala Betty, in-nanniet tiegħi Rosie Attard u Ginnie Chircop, ż-żijiet Doris Attard u Diedre Chircop, il-qraba u l-ħbieb ommijiet li m’għadhomx magħna. Fis-Skiet nħosshom miegħi,” qalet Dr Lynn. 

Hija qalet li din il-produzzjoni awdjoviżiva tinkludi ritratti ta’ ommijiet ma’ uliedhom li hadu sehem f’sejħa pubblika li għamlet fuq il-facebook biex jipparteċipaw.

Sport