Tottenham Hotspur u Leeds United huma lesti li jagħmlu sforz ġdid biex jiffirmaw lill-winger ta’ Wolves, Adama Traore.
Filwaqt li l-player internazzjonali ta’ Spanja bħalissa jinsab misluf ma’ Barcelona, il-ġganti Katalani m’għandhomx pjan li jattivaw l-għażla tagħhom li jiffirmaw lil da nil-player bi ftehim permanenti.
Meta għad fadallu sena fil-kuntratt tiegħu mal-Wolves, hemm il-possibbiltà li l-player ta’ 26 sena iqatta’ l-istaġun 2022-23 fil-Molineux Stadium hekk kif qed jikkontempla l-fażi li jmiss tal-karriera tiegħu.
Madankollu, Traore mistenni jkollu bosta offerti fuq il-mejda bi Spurs u Leeds donnhom lesti biex jerġgħu jqanqlu l-interess tagħhom fih.