Saturday, May 18, 2024

Cristiano Ronaldo ħerqan li jibqa’ ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo huwa rappurtat ħerqan li jibqa’ ma’ Manchester United matul is-sajf li ġej minkejja l-ispekulazzjonijiet riċenti dwar il-futur tal-attakkant f’Old Trafford.

Il-player ta’ 37 sena skorja 24 goal u rreġistra tliet assists f’37 dehra mar-Red Devils dan l-istaġun, u għad fadallu sena oħra fil-kuntratt tiegħu, bl-għażla li jestendi għal 12-il xahar ieħor.

Madankollu, Manchester United mhux probabbli li se jkunu qed jiksbu post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej, bil-club bħalissa jinsab fis-sitt post fil-klassifika tal-Premier League qabel iż-żewġ logħbiet finali tagħhom tal-istaġun kontra Brighton & Hove Albion u Crystal Palace.

Sport