Thursday, July 16, 2026
Home Sport Bruno Lage infettat bil-coronavirus … mhux se jmexxi lil Wolves kontra Chelsea

Bruno Lage infettat bil-coronavirus … mhux se jmexxi lil Wolves kontra Chelsea

0
719

Wolves mhux se jkollhom lil Bruno Lage fit-tmexxija tat-team għall-partita tal-Premier League tal-lum is-Sibt kontra Chelsea minħabba li ġie nfettat bil-coronavirus.

Lage qed jibda jiġi taħt pressjoni fil-Molineux Stadium wara li sofra seba’ telfiet fl-aħħar 10 partiti mill-Premier League.

Dak il-perjodu ħalla lil Wolves jilagħbu fit-tellieqa għas-seba’ pożizzjoni b’West Ham United, jisnabu tliet punti biss warajhom.

Lage se jkun qed jittama li jirritorna fit-tmexxija ta’ Wolves minn fuq il-bank nhar l-erbgħa filgħaxija meta t-team tiegħu jaffronta lil Manchester City.