Sunday, December 22, 2024

ADPD issejjaħ għal viġilanza kontra l-mibegħda u l-vjolenza li tista’ twassal għal qtil

Aqra wkoll

Illum erġajna qed infakkru l-anniversarju ta’ meta fil-5 ta’ Diċembru 1986, 37 sena ilu, inqatel Raymond Caruana. Iċ-Chairperson ta’ ADPD. Iddikjarat dan Sandra Gauci, flimkien mas-Segretarju Ġenerali Ralph Cassar u d-Deputat Chairperson Mina Jack Tolu li aktar kmieni fakkru dan l-anniversarju fiċ-ċimiterju tal-Gudja propju fejn hu midfun Caruana.

Qalu li huwa importanti li nibqgħu niftakru dawn il-ġrajjiet traġiċi li jfakkruna fuq l-importanza tad-demokrazija vera lilhinn mit-tribaliżmu bla raġuni li tikkaratterizza l-politika Maltija. It-tribaliżmu mhux ibbażat fuq id-diskussjoni u fuq il-konfront tal-ideat, imma huwa bbażat fuq it-tkeskis, u fuq il-ġustifikazzjoni ta’ mġiba politika ħażina ‘għax dak jew dik magħna’.

Dwar l-intolleranza, l-vjolenza u l-mibgħeda huma qalu li daż-żmien anke fuq l-internet u l-midja soċjali, sfortunatament tarahom. Sostnew li l-ġrajjiet tal-biża’ u l-qtil ta’ Raymond Caruana, Karin Grech u Daphne Caruana Galizia, jgħallmuna li għandna nibqgħu viġilanti għal min ixerred il-mibgħeda li tinbidel f’vjolenza u qtil. 

Saħqu dwar l-importanza li l-vjolenza u azzjonijiet li jwasslu għaliha, inkluż il-mibgħeda u t-theddid online, qatt ma jistgħu jitħallew jgħollu rashom.

Ekonomija

Sport