Thursday, December 26, 2024

ADPD: It-trakka għat-tlielaq tal-karozzi mhix postha f’Malta

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, kelliema ta’ ADPD – The Green Party saħqu li l-lokalità ta’ Birżebbuġa ma tistgħux tibqa’ tkun ibbumbardjata minn proġetti ġodda li jkompli jnaqqru il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Fi kliem l-ADPD, ir-residenti ta’ Birżebbuġa ma jifilħux aktar.

Iċ-Chairperson tal-ADPD – The Green Party Carmel Cacopardo insista li l-ebda sit f’Malta ma tista’ tiġi kkunsidrata tajba għal trakka tal-karozzi mingħajr ma toħloq inkonvenjent esaġerat lir-residenti jew ħsara lill-ambjent jew it-tnejn. “Malta hija żgħira. Iktar ma naċċettaw dan malajr ikun aħjar għal kulħadd. Kulħadd għandu jifhem li m’hemmx lok għal proġetti bħal dawn. Parti minn tort żgur huwa in-nuqqas ta’ ippjanar li kellna tul is-snin u li issa qegħdin inbagħtuh illum.”

ADPD qal li huwa importanti li żoni li ġew iddikjarata bħala barra mill-iżvilupp (ODZ) jibqgħu hekk akkost ta’ kollox. 

L-istess partit sostna li l-kunsilli lokali għandhom ikollhom il-poter li jwaqqfu żvilupp f’żoni ODZ sew direttament jew bis-saħħa ta’ referenda lokali. 

“Il-politika tal-ambjent għanda tagħraf li aħna nifformaw part minn ekosistema li hemm bżonn inħarsu għal ġenerazzjonijiet futuri. Madankollu gvernijiet wieħed wara l-ieħor raw biss sa mneħirom billi taw każ x’hemm bżonn illum mingħajr l-ebda ħsieb tal-futur.”

Qal li huwa għalhekk li ADPD qed jitlob li l-prinċipji ambjentali fil-kostituzzjoni jistgħu jkunu suġġetti għal kawżi fil-Qorti fejn il-Gvern jkun mġiegħel jieħu azzjoni jekk dan jkun naqas li jagħmel dan fejn meħtieġ.

Ekonomija

Sport