Friday, December 27, 2024

Adrian Delia jibqa’ jsostni li l-gvern għandu jraħħas il-kontijiet

Aqra wkoll

Waqt intervista fuq il-Net FM, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-ekonomija dinjija għaddejja minn kriżi ekonomika u l-pajjiżi kollha qed iraħħsu l-kontijiet minbarra pajjiżna.

Qal li l-gvern tilef ir-ruħ soċjali u hawn familji li ma jifilħux iħallsu l-kontijiet. Huwa mill-ġdid talab il-gvern biex jilqa’ t-talba tal-oppożizzjoni biex il-kontijiet jitraħħsu b’50%.

Rigward l-immigrazzjoni, Delia qal li pajjiżna lest li jsalva l-ħajjiet, imma l-Ewropa trid tagħmel il-parti tagħha. Qal li din is-sitwazzjoni jeħtieġ li tkun ċara li pajjiżna ma jiflaħx aktar u li għalhekk dawk li jiġu salvati jridu jinqasmu bejn dawk li għandhom dritt għall-għażil u dawn jitqassmu f’pajjiżi akbar u oħrajn li le.

Delia qal li sena wara l-oħra huwa wissa’ li pajjiżna ma jiflaħx aktar għall-influss tal-barranin, iżda l-gvern baqa’ jwebbes rasu u jgħid li dan se jwassal għal tkattir ekonomiku.

Rigward il-Covid-19, Delia qal li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika b’għaqal qed tgħid li s-sitwazzjoni mhix xi waħda li se tgħaddi f’qasir żmien. Qal li l-Ministru wissa’ dwar il-virus li jista’ saħansitra joqtol. Qal li min-naħa l-oħra l-Prim Ministru ma jafx x’se jaqbad jissuġġerixxi lill-poplu. Qal li hu qed jitkellem b’dan il-mod biex ikun populist anke jekk f’dan il-perjodu jeħtieġ li nagħmlu sagrifiċċji kbar.

Delia qal li dan mhux il-mument li nintgħoġbu, qal li fl-aħħar tliet snin, qala’ ħafna kummenti, iżda jifhem li hu qiegħed jaqdi b’servizz. Huwa temm jgħid li bħala Oppożizzjoni kommess li jibqgħu jaħdmu kuljum biex jipproponu lill-gvern u juru l-viżjoni tal-partit għal Malta ġdida f’dinja ġdida u Ewropa ġdida.

Ekonomija

Sport