Friday, April 19, 2024

Adrian Delia l-unika kandidat li s’issa kkonferma li se jitfa’ n-nomina għat-tiġrija għall-Kap

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif il-votazzjoni fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista ntemmet is-Sibt filgħaxija, il-kummenti pubbliċi komplew mill-esponenti tal-fazzjonijiet differenti fi ħdan il-partit fl-Oppożizzjoni, kif ukoll minn persuni qrib l-istess partit.

Il-Kunsill Ġenerali tal-PN iddeċieda favur elezzjoni għal Kap meta 839 Kunsillier jew 56% għażlu li għandha ssir elezzjoni għal Kap u 659 jew 44% għażlu konferma għal Kap. 

Sadanittant, fl-assenza tad-diskors tipiku tal-Kap tal-Oppożizzjoni l-Ħadd filgħodu, ir-reazzjonijiet ta’ diversi esponenti mlew il-midja soċjali matul il-ġurnata tal-bieraħ.

Sport