Saturday, December 21, 2024

Adrian Delia u Bernard Grech jivvotaw

Aqra wkoll

Iż-żewġ kontestanti għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap attwali Adrian Delia u l-Avukat Bernard Grech tefgħu l-vot tagħhom illum.

Intant illum kien għad baqa’ 24% tat-tesserati eliġibbli li jridu jivvotaw. Dan hekk kif kif matul il-jum tal-bieraħ ivvotaw 9% tat-tesserati eliġibbli. B’hekk it-total ta’ dawk li vvotaw s’issa jlaħħaq is-76% ta’ dawk eliġibbli.

Dan ifisser li matul il-ġurnata tal-lum għad fadal ftit aktar minn 5,100 tesserat li għadu jrid jirrikorri għall-vot tiegħu.

Ir-rebbieħ tal-elezzjoni għal kap Nazzjonalista mistenni li jsir magħruf għall-ħabta tal-10.00 p.m.

Ekonomija

Sport