Friday, April 19, 2024

Siemens għamlet pressjoni biex Fenech jitkeċċa mill-bord tal-Electrogas

Aqra wkoll

Siemens għamlet pressjoni biex Yorgen Fenech jirriżenja mill-bord tal-Electrogas wara li kien żvelat li kien is-sid ta’ 17 Black. Dan qalitu l-kumpanija multinazzjonali Ġermaniża fi stqarrija li għamlet.

Fl-ittra li ntbagħtet lill-organizzazzjoni mhux governattiva Repubblika, Siemens qalet li ħeġġet lil Fenech biex jirriżenja minkejja li huwa kien ċaħad li kien aġixxa ħażin.

Minkejja dan Siemens, li għandha 33% tal-ishma tal-konsorju tal-powerstation, ippersistiet li Fenech jitkeċċa mill-bord tad-diretturi wara d-dubji fil-konfront tal-integrità tiegħu.

Eventwalment Fenech irriżenja mill-bord tal-Electrogas f’Novembru tal-2019, jiem biss qabel l-arrest tiegħu b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fejn qed ikun akkużat li huwa kompliċi tal-qtil tagħha. Huwa dejjem ċaħad l-akkużi kollha miġjubin fil-konfront tiegħu.

Sport