Saturday, May 18, 2024

Adrien Rabiot fil-mira ta’ Chelsea

Aqra wkoll

Chelsea identifikaw lill-midfielder ta’ Juventus, Adrien Rabiot, bħala mira potenzjali għat-trasferiment tas-sajf.

F’mument meta għadd ta’ difensuri jidhru li jinsabu ferm viċin li jħallu Stamford Bridge, il-fokus ewlieni ta’ Thomas Tuchel huwa li jsib sostituti xierqa fir-rwol ta’ difensur ċentrali u wing-back.

Madankollu, għadd ta’ dipartimenti oħra fil-ground jistgħu jissaħħu wkoll, inkluż f’nofs il-ground bi players bħal Jorginho u N’Golo Kante ukoll qed jissemmew li tabilħaqq jistgħu iħallu lill-Blues.

Sport