Monday, November 4, 2024

Adrien Rabiot iweġġa’ waqt is-sessjoni ta’ taħriġ

Aqra wkoll

Il-midfieler Franċiż ta’ Juventus, Adrien Rabiot, hu ferm dubjuż għall-partita li i Bianconeri se jilagħbu kontra Atalanta fi tmiem din il-ġimgħa.

Hu weġġa’ siequ waqt sessjoni ta’ taħriġ ilbieraħ u kellu jabbanduna s-sessjoni ta’ taħriġ.

Dan l-aħħar il-plejer ta’ 27 sena kien qed ikun ferm prominenti għal Allegri u ċertament tista’ tinħass il-preżenza tiegħu.

Matul dan l-istaġun hu lagħab 14-il darba u skorja tliet gowls.

Sport