Tuesday, April 30, 2024

Futur Pariġin għal Milan Skriniar?

Aqra wkoll

Il-futur tad-difensur internazzjonali Slovakk Milan Skriniar jidher li se jkun ma’ Paris St Germain fi Franza. Dan tal-aħħar tkellem mal-ogħla awtoritajiet tal-klabb u tahom il-kelma li fil-futur mhux ‘il bogħod se jkun qed jingħaqad magħhom. 

Sadanittant, il-plejer li jiswa bejn €10 miljun u €15-il miljun irrifjuta li jġedded il-kuntratt mat-tim preżenti tiegħu Inter.

Skriniar ilu man-Nerazzurri sa mis-sena 2017 fejn lagħab 190 partita u skorja għaxar gowls.

Sport