Saturday, December 28, 2024

AFCON: Il-Kamerun jibdew b’rebħa

Aqra wkoll

Meta l-Ħadd ingħata bidu għall-fażi finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani, it-team ospitu l-Kamerun beda b’rebħa meta għeleb lil Burkina Faso bl-iskor ta’ 2-1. 

Kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor minn Gustavo Sangare (24) iżda l-Kamerun ingħataw żewġ penalties fi spazju ta’ ħames minuti li minnhom Vincent Aboubakar (40, 45) ta r-rebħa lit-team tiegħu biex bdew fuq nota pożittiva … minkejja li dan it-tournament qed jintlagħab taħt id-dell tal-Covid-19 li diġá hemm bosta players li ttestjaw pożittiv bil-biżgħa li ma jilagħbux.

Fit-tieni partita, Cape Verde għelbu lill-Etijopja bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn Julio Tavares (45) wara li Etijopja kellhom lil Yared Baye (12) imkeċċi wara li ġie muri karta ħamra diretta. 

Ekonomija

Sport