Wednesday, April 24, 2024

Isir l-ewwel round tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross mill-ASMK

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem tas-sena l-oħra l-Assoċjaz­zjoni Sport Muturi u karozzi (ASMK) organizzat l-ewwel round tal-Kampjonat Naz­zjonali Autocross fejn Karl Micallef fuq Opel Corsa kompla fuq dak li ħalla fl-istaġun ta’ qabel hekk kif iddomina matul il-ġurnata kollha.

Micallef rebaħ it-tliet heats tal-ġurnata kif ukoll il-finali tal-Klassi A biex għalaq il-ġurnata fl-ewwel post. Kyle Agius fuq Opel Nova daħal fit-tieni post, segwit minn Terence Az­zopardi li kien qed jiddebutta b’karozza Opel Tigra, għamla ġdida għall-ASMK. Fir-raba’ post daħal Noel Zammit b’Fiat Punto segwit minn Geert Grech u Steve Sultana t-tnejn fuq Opel Nova.

Fil-finali tal-Klassi B, Luca Camilleri daħal fl-ewwel post fuq Opel Nova segwit minn Dorianne Galea fuq Ford Fiesta u Joseph Spiteri fuq Opel Corsa.

Il-Ħadd, 9 ta’ Jannar, sar it-tieni round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Motocross. Imbagħad l-Autocross jitkompla fit-23 ta’ Jannar.

Sport