Thursday, March 28, 2024

“Il-Covid se jibqa’ magħna għal mill-anqas 5 snin… se ngħixu aktar normali minn dawn is-sentejn”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Ingilterra mistennija jkollha tiġġieled il-pandemija tal-Covid-19 għal mill-anqas ħames snin oħra. Wissa’ dwar dan is-segretarju għall-Edukazzjoni fil-pajjiż Nadhim Zahawi.

Minkejja dan, Zahawi qal li l-pajjiż qiegħed jassisti għal tranżizzjoni tal-virus minn stat pandemiku għal dak endemiku. Skontu, dan ifisser li l-poplu se jkun jista’ jgħix ħajja aktar normali minn dik li għex f’dawn l-aħħar sentejn minħabba l-pandemija.

Waqt id-diskors tiegħu, Zahawi esprima l-fehma tiegħu rigward it-tnaqqis tal-perjodu tal-kwarantina għal dawk li jirriżultaw pożittivi minn sebat ijiem għal ħamest ijiem.

Barra minn hekk huwa ħabbar li l-eżamijiet tal-A-level u dawk tal-GCSE se jkomplu kif pjanat mis-sajf li ġej wara kaċellazzjonijiet minħabba l-pandemija.

Huwa żied jgħid li l-varjant tal-Omicron kien bħal ostaklu qawwi fit-triq lejn ir-rebħa kontra l-pandemija, iżda jeħtieġ li l-ġlieda tkompli anke permezz tal-iżvilupp tal-vaċċin.

Zahiwi, li qabel ngħata dan l-irwol serva bħala Ministru għall-Vaċċini qal li “l-virus se jibqa’ magħna għal forsi ħames snin jew sitt snin oħra u se nkomplu naffaċċjaw aktar varjanti, iżda permezz tal-progress fit-tilqim, sas-sena d-dieħla se jkollna tilqim polivalenti u multivalenti”.

Ekonomija

Sport