Thursday, March 28, 2024

Magħrufa l-finalisti tal-Best FIFA Football Awards

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Liverpool, Mohamed Salah, u l-attakkanta ta’ Chelsea, Sam Kerr, huma fost il-players nominati għall-Best FIFA Football Awards għalll-Aħjar Players tas-Sena.

Salah jinsab fil-lista mqassra tal-irġiel ma’ Lionel Messi ta’ Paris St-Germain u Robert Lewandowski ta’ Bayern Munich.

Kerr ġiet nominat mal-koppja ta’ Barcelona, Jennifer Hermoso u Alexia Putellas, fil-kategorija tan-nisa.

Ir-rebbieħa għandhom jitħabbru fil-Best FIFA Football Awards fi Zurich fis-17 ta’ Jannar.

L-internazzjonali Eġizzjan, Salah, bħalissa huwa l-aqwa skorer tal-Premier League, b’16-il goal, wara li fl-istaġun li għadda spiċċa t-tieni wara Harry Kane, filwaqt li l-attakkanta tal-Awstralja, Kerr, għenet lil Chelsea jżommu t-titlu tas-Super League tan-Nisa 2021 u jaslu sal-finali taċ-Cham­pions League.

L-unuri jiġu vvutati minn managers internazzjonali, captains ta’ timijiet internaz­zjonali, ġurnalisti u partitarji.

Lewandowski rebaħ il-premju tal-irġiel fl-2020, filwaqt li Lucy Bronze tal-Ingilterra u Manchester City rebħet dak tan-nisa.

Erik Lamela ta’ Tottenham jinsab fil-lista mqassra għall-FIFA Puskas Award, li jirrikonoxxi l-Aqwa Goal fil-football dinji matul is-sena, wara li temm ‘rabona’ fid-derby tat-tramuntana ta’ Londra kontra Arsenal f’Marzu li għadda.

Il-lista ta’ dawk nominati hija:

L-Aqwa Player Irġiel: Robert Lewandowski (Polonja/Bayern Munich); Lio­nel Messi (Arġentina/Barcelona/Paris St- Ger­main); Mohamed Salah (Eġittu/Li­­­verpool).

L-Aqwa Goalkeeper Irġiel: Gianluigi Donnarumma (Italja/Milan/Paris St-Germain); Edouard Mendy (Senegal/Chelsea); Manuel Neuer (Ġermanja/Bayern Munich).

L-Aqwa Coach Irġiel: Pep Guardiola (Spanja/Manchester City); Roberto Mancini (Italja/Team Nazzjonali Taljan); Thomas Tuchel (Ġermanja/Chelsea).

L-Aqwa Goalkeeper Nisa: Ann-Katrin Berger (Ġermanja/Chelsea); Christiane Endler (Ċilì/Paris St-Germain/Lyon); Stephanie Labbe (Kanada/FC Rosengard/Paris St-Germain).

L-Aqwa Player Nisa: Jennifer Hermoso (Spanja/Barcelona); Sam Kerr (Awstralja/Chelsea); Alexia Putellas (Spanja/Barcelona).

L-Aqwa Coach Nisa: Lluis Cortes (Spanja/Barcelona); Emma Hayes (Ingilterra/Chelsea); Sarina Wiegman (Olanda/Team Nazzjonali Olandiż u Ingliż).

Premju FIFA Puskas: Erik Lamela, Tottenham (v Arsenal, 14 ta’ Marzu); Patrik Schick, Rep. Ċeka (v Skozja, 14 ta’ Ġunju); Mehdi Taremi, Porto (v Chelsea, 13 ta’ April).Mag

Ekonomija

Sport