Friday, December 13, 2024

Afgani maqfula fi kliniċi “jirrikorru għall-kannibaliżmu” minħabba ġuħ estrem

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

It-Taliban wiegħdu li jeliminaw il-problema tad-droga tal-Afganistan meta ħa l-poter is-sena l-oħra, iżda bi ftit flus irrikorrew biex sempliċiment jaqflu lil dawk bi problema tad-droga fi sptarijiet li jixbħu ħabsijiet.

Sitt xhur wara li ħadu l-kontroll, it-Taliban qed iżomm il-wegħda tiegħu, iżda b’mod tassew mhux xieraq hekk kif eluf ta’ persuni dipendenti fuq id-droga u li m’għandhomx dar, qed jispiċċaw fi sptarijiet, li bosta kienu dawk li qabluhom  ma’ kampijiet ta’ konċentrament. 

Uħud minn dawn il-persuni jidhru ġewwa “klinika” f’Kabul, fejn qed jinżammu magħluqa għal tliet xhur bil-għan li jneħħu l-problema tad-droga, iżda dan qed isir mingħajr ma tiġi offruta kura medika, jew f’xi każi din tkun ftit ħafna, minkejja li huwa magħruf kemm din hija importanti biex tgħin lil dawk bi problema tad-droga.

Mhux hekk biss, issa saħansitra qed ikollhom ibatu minn ġuħ kbir hekk kif ftit li xejn jirċievu ikel biex isostnu ruħhom.

Il-klinika ta’ Kabul inbniet biex tilqa’ fiha 1,000 ruħ, iżda bħalissa qed tintuża biex tospita 3,000. Minħabba f’hekk, persuni li għandhom bżonn l-għajnuna, qed jiġu sfurzati jorqdu tlieta f’sodda waħda, bit-Taliban ma jieqfux milli jieħdu aktar nies kuljum.

Minħabba l-ġuħ estrem, qed ikollhom jagħmlu dak li ma jixtiequx biex jibqgħu ħajjin fost xnigħat li qed jirrikorru biex jieklu l-qtates u f’xi każijiet anke jirrikorru għall-kannibaliżmu biex jibqgħu ħajjin.

Waqt li tkellem mal-ġurnalisti Daniżi x-xahar li għadda, wieħed li kien qed jirkupra mill-vizzju tad-droga qalilhom: ‘Qatlu raġel, ħadulu l-imsaren u kieluhom.’

Raġel ieħor qal li huwa komuni li l-‘pazjenti’ jgħaddu jiem mingħajr ikel u li n-nies regolarment imutu bil-ġuħ.

L-ikel issa ilu skars għal xhur, iżda qed isir aktar skars. Filwaqt li ġie rrappurtat li uħud minn dawn il-persuni jitħallew jieklu kuljum fejn jiġu provduti skutella żgħira ross, dawk li ma jitħallewx jieklu joħorġu barra, jaqilgħu l-ħaxix u jiekluh, minkejja li ftit li xejn jgħin biex iżżommhom ħajjin.

Ekonomija

Sport