Għamilt l-għażla li nikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Laburista għax nemmen bi sħiħ fil-valuri li dejjem ħaddan il-Partit Laburista. Nemmen bi sħiħ fit-twettieq tal-ġustizzja soċjali, fil-ħolqien tax-xogħol għal kulħadd u fl-opportunitajiet biex kulħadd jimxi ’l quddiem. It-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela tat lil pajjiżna stabbiltà anke fl-aktar żminijiet ta’ inċertezza fuq livell internazzjonali. Għalhekk, f’dan il-mument jeħtieġ li pajjiżna jkompli jkollu tmexxija li taf kif tindirizza l-ħtiġijiet ta’ pajjiżna f’dawn il-mumenti ta’ sfida.
Fl-istess ħin, bħala persuna li dejjem għext f’San Pawl il-Baħar u dejjem kont fil-qalba tal-ħidma f’din il-lokalità nemmen li hemm bżonn vuċi żagħżugħa u vuċi b’saħħitha fil-Parlament biex tressaq il-quddiem proposti u soluzzjonijiet meħtieġa għal San Pawl il-Baħar. Hemm bżonn li din il-lokalità li għandha l-akbar numru ta’ residenti f’pajjiżna, ikollha aġenda ġdida.
Fl-aħħar snin saru diversi iniżjattivi b’risq din il-lokalità. Il-Gvern ħadem biex jagħti riżorsi lill-Kunsill Lokali biex ikun jista’ jinbena ċentru ċiviku, għaddej proġett għall-Pjazza ta’ Buġibba, saru diversi toroq, kompla jissebbaħ Kennedy Grove. Il-Gvern Laburista ħa ħsieb jibni skola ġdida. Tlesta il-moll il-ġdid u dalwaqt tibda’ titħaddem l-inizjattiva tal-ferry lejn Għawdex u lejn tas-Sliema.
Lil hinn minn dawn l-inżjattivi hemm bżonn ta’ impenn ġdid għal din il-lokalità speċjalment fid-dawl tal-partikolaritajiet tagħħa. San Pawl il-Baħar illum hija lokalità li għandha attività is-sena kollha mħux bħal qabel fejn kien hemm ftit residenti u l-attività kienet tiżdied fix-xħur tas-Sajf. Issa li n-numru ta’ nies li qed jgħixu s-sena kollha f’San Pawl il-Baħar qed jikber kif wkoll l-attività turisika m’għadhiex marbuta mas-sajf imma qed isseħħ is-sena kollha, hemm bżonn impenn akbar fl-interess ta’ kulħadd.
Wasal iż-żmien li l-lokalità ta San Pawl il-Baħar ikollha pjan speċifiku għaż-żmien li ġej. Hemm bżonn inkomplu bl-impenn tagħna fl-investiment tal-infrastruttura tal-post kemm bħala toroq, bħala tisħiħ ta’ servizzi inkluż elettriku u drenaġġ, aktar trasport pubbliku, magħdud ma dan hemm bżonn ta’ impenn akbar fl-oqsma soċjali kollha. San Pawl il-Baħar hija lokaità b’diversitajiet kbar. Kommunità li tilqa’ fiha bosta Maltin iżda wkoll preżenza kbira ta’ residenti barranin.
Nemmen bi sħiħ li ż-żgħażagħ f’San Pawl il-Baħar jeħtieġ li jingħataw aktar attenzjoni permezz ta’ faċilitajiet li jagħtuhom aktar żvog fil-ħin liberu tagħhom. L-edukazzjoni fil-ħin tal-iskola hija ferm importanti iżda hemm ferm aktar x’jista’ jsir u konvint li nistgħu noffru aktar soluzzjonijiet fl-interess taż-żgħażagħ ta’ din il-lokalità.
Bl-istess mod, irridu nagħrfu aktar il-ħtieġa ta’ mezzi biex inkomplu nżidu ma’ dak li diġa’ jeżistu b’risq l-anzjani fil-lokalità tagħna. Lokalità li dejjem qegħda tikber fin-numru ta’ nies li jgħixu fiha teħtieġ investiment akbar u għalhekk, flimkien mal-inizjattivi li saru hemm bżonn li nfasslu pjan speċifiku għal din l-akbar lokalità f’pajjiżna.
Fl-aħħar snin, ħdimt bi sħiħ biex norganizzaw diversi inizjattiiv li minnhom ibbenefikat din il-lokalità. Flimkien ma’ żgħażagħ u għaqdiet f’din il-lokalità ħdimna biex anke użajna fondi Ewropej bil-għan li noħolqu inizjattivi ġodda li ħallew ħafna ġid.
Fit-30 ta’ Mejju, pajjiżna se jkun qed jagħmel għażla importanti għal pajjiżna. Hemm bżonn li mill-ġdid ikollna Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela li jerġa’ joffri stabbiltà fi żminijiet ta’ sfida iżda fuq kollox, jeħtieġ li Gvern Laburista ġdid jaħdem bi sħiħ biex inwettqu aġenda ġdida għal San Pawl il-Baħar. Jien lest li nkun ta’ servizz biex jintlaħaq dan il-għan.


