Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNAT: Aidan skwalifikat mill-MESC 2023 minħabba numru ta’ posts fuq il-midja soċjali

Aqra wkoll

AĠĠORNAT: 16.24 – Dan is-sit jinsab informa minn sorsi li l-kantant Aidan Cassar ġie skwalifikat wara li t-tmexxija u l-organizzaturi tal-Festival indunaw li allegatament kien qed jitfa’ post fil-midja soċjali li ma kinux awtorizzati.

Jidher li l-orgaizzaturi tal-festival qegħdin jikkwotaw r-regolamenti tal-festival 5.3 u 5.6 li jaqraw l-aħħar wieħed jaqra hekk:

“5.6 – The engagement of marketing personnel, marketing officials, marketing companies or the engagement into some sort of marketing or promotional campaign or activity by the artists to promote themselves, the song, their participation, or in some way to influence the public vote is strictly prohibited. The publication of any social media post, promotion material, interviews or media presence/exposure from the announcement of the quarter finalist’s onwards is also strictly prohibited. Any breach of this clause will lead to automatic disqualification.”

16.01: Ftit tal-ħin ilu għadha kemm tħabbret l-iskwalifikazzjoni ta’ wieħed mill-parteċipanti tal-Malta Eurovision Song Contest 2023.

Il-kantant Aidan Cassar, li wara r-riżultat tas-sena li għaddiet kien fost l-ismijiet favoriti li jerbaħ l-edizzjoni tal-MESC ta’ din is-sena spiċċa skwalifikat.

L-aħbar żvelata mill-istazzjon nazzjonali ħalliet lil bosta maħsudin bl-aħbar jistaqsu x’setgħet kienet ir-raġuni.

Cassar huwa kantant ta’ 24 sena li beda jikkompeti f’festivals nazzjonali fis-sena 2018 meta ħa sehem fil-Malta Eurovision Song Contest bid-diska Dai Laga.

Ekonomija

Sport