Friday, December 20, 2024

AĠĠORNAT: Aktar minn €20,000 miġburin għal Jaiteh Lamin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul il-lejl komplew jinġabru aktar donazzjonijiet għar-raġel mill-Għana li t-Tlieta nstab midrub fuq bankina fi Triq Selmun fil-Mellieħa.

Sal-bieraħ filgħaxija d-donazzjonijiet kienu qabżu t-€12,000, iżda sa dalgħodu s-somma qabżet l-€20,000.

Ilbieraħ: Ftit sigħat wara li beda l-fond ta’ għajnuna għar-raġel midrub fil-Mellieħa nġabru aktar minn €12,000 f’donazzjonijiet.

Kien proprju inqas minn 24 siegħa ilu li Caroline Galea ħabbret fuq il-midja soċjali li Lamin kellu bżonn għajnuna finanzjarja wara li spiċċa bla impjieg u li hu kien imantni kemm lil martu u liż-żewġt uliedu kif ukoll lil ommu li kienet romlot.

Barra minn hekk permezz ta’ din l-inizjattiva, Jaiteh Lamin, ir-raġel li allegatament tħalla abbandunat fuq bankina wara li waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mellieħa, se jkun jista’ jagħmel tajjeb għal dan il-perjodu li se jdum wieqaf mill-ħidma.

Ekonomija

Sport