Saturday, October 26, 2024

AĠĠORNAT: AKTAR MINN 5 MILJUN EWRO MIĠBURIN FL-ISTRINA 2022

Aqra wkoll

AĠĠORNAT 00.10 – Hekk kif ġiet fi tmiemha l-Istrina 2022, is-somma miġbuha hija ta’ aktar minn 5,061,000 miljun ewro.

Kienu eluf kbar ta’ persuni li taw il-kontribuzzjoni tagħhom kif ukoll diversi kumpaniji taw id-donazzjoni tagħhom.

Fi tmiem l-Istrina 2022, il-President ta’ Malta George Vella rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi għal kontribut kbir li taw lill-Istrina mhux biss illum però anke matul is-sena kollha.

Ta’ min jgħid li l-President Vella u s-Sinjura tiegħu kienu għal attività tal-Istrina mill-bidu tax-xandira u baqgħu hemm sat-tmiem.

Aġġornat 21:47 – Hekk kif aktar eluf ta’ persuni u kumpaniji baqgħu jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom, issa nqabżu l-4 miljun Ewro.

Ta’ min jgħid li fost l-attivitajiet li saru matul is-sena b’risq l-MCCF din is-sena nġabru €228,675 mill-Fun Run, €132,372 mill-ktieb Tisjir mill-Qalb u nġabret is-somma ta’ €35,400 permezz tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign.

Ma’ dawn ukoll il-Prim Ministru aktar kmieni matul il-ġurnata ħabbar li l-Gvern kein se jagħti €60,000 mill-Fond tal-Kawżi Soċjali.

Mill-attivitajiet oħrajn li saru matul is-sena mit-tim tal-President inġabru eluf ta’ ewro oħra. Fost l-oħrajn inġabru 132,920 ewro mill-August Moon Ball, 56,768 ewro mill-Festa Palazz u Fest Ċitru nġabret is-somma ta 7,430 ewro.

Baqa’ sa nofs il-lejl. L-organizzaturi qegħdin iħeġġu lin-nies li pprovaw iċemplu u sabu l-linji okkupati, issa jistgħu jerġgħu jipprovaw iċemplu. Jidher li kien hemm xi problemi bit-telefonati minħabba nfluss ta’ nies li jridu jagħtu d-donazzjoni tagħhom.

Jekk trid tagħti donazzjoni tista’ tagħmel dan permezz in-numri ta’ hawn taħt.

51902030 – €50

51802012 – €25

Pledges: 21262626

SMS: 50619201 – €11.65

BOV: 79339565

AĠĠORNAT: Is-somma ta’ flus fi ġbir kompliet tikber hekk kif issa nġabru aktar minn 3 miljun ewro.

Dawn il-flus kollha se jmorru biex aktar nies b’mard jingħataw l-għajnuna meħtieġa.

F’sitt sigħat ta’ xandira diretta bla waqfien, s’issa inġabret is-somma ta’ żewġ miljun ewro.

Dawn il-flus se jmorru biex aktar nies jingħataw l-għajnuna medika li jkollhom bżonn.

Inkomplu nħeġġeġ lill-qarrejja tagħna biex jagħtu donazzjoni biex b’hekk aħna wkoll inkunu għamilna d-differenza f’ħajjet ħutna Maltin u Għawdex.

L-Istrina ddum għaddejja sa nofs il-lejl.

Sport