Tuesday, May 14, 2024

Is-santwarju tal-klieb AAA b’appell biex jinstab is-sid ta’ żewġt iklieb

Aqra wkoll

L-Assoċċazzjoni tal-Annimali Abbandunati ħarġu appell biex jinstab is-sid ta’ żewġt iklieb li nstabu jiġru fit-toroq ta’ Ħ’Arrard.

Kien jum il-Milied li dawn il-klieb dehru jiġru fit-toroq u dalgħodu marru tal-AAA biex inġabru.

Huma nstabu lebsin ilbies tal-klieb, iżda ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ min jistgħu jkunu. Lanqas huma ċċipjati.

L-AAA qed issaqsi li dawn huma ta’ xi ħadd żgur għax ma jidhrux li kienu klieb mitluqin u abbandunati.

Qed jappellaw li min tilef dawn il-klieb għandu jċempel fuq 79730921.
AAA.

Sport