Il-pjan ta’ Gianni Infantino biex ibigħ 20% tat-tournaments tal-FIFA lil investituri privati seta’ wassal biex id-drittijiet kummerċjali jitqiegħdu fil-Borża.
Abbozz ta’ ftehim żvela li l-kumpanija Fifa Forward Enterprise setgħet titqiegħed fis-swieq finanzjarji permezz ta’ offerta pubblika wara tmien snin, filwaqt li l-investituri setgħu jibbenefikaw mill-profitti għal perjodu ta’ 96 sena.
Il-kumpanija kienet ukoll se talloka ħames fil-mija tal-profitti bħala inċentivi għall-management. Il-proposta, appoġġjata minn investituri mmexxija minn Joshua Kushner, ġiet abbandunata wara li l-UEFA heddet li tibbojkottja t-tournaments tal-FIFA.
Il-FIFA sostniet li l-pjan kien jeħtieġ l-approvazzjoni tal-assoċjazzjonijiet membri u tal-Kunsill tagħha, filwaqt li ċaħdet li l-ogħla uffiċjali tagħha kienu se jibbenefikaw finanzjarjament mill-arranġament.




