Monday, November 23, 2026
Home Sport Tottenham viċin li jġeddu l-kuntratt taż-żagħżugħ Luca Williams-Barnett

Tottenham viċin li jġeddu l-kuntratt taż-żagħżugħ Luca Williams-Barnett

0
28

Luca Williams-Barnett jinsab viċin li jiffirma kuntratt ġdid fit-tul ma’ Tottenham Hotspur, hekk kif il-club irid jiżgura l-futur tiegħu minkejja l-interess minn Chelsea u Borussia Dortmund.

L-attakkant ta’ 18-il sena impressjona fid-debutt tiegħu bħala titolari fil-Premier League kontra Ipswich Town, meta skorja u pprovda l-assist għat-tieni goal fir-rebħa ta’ 2-0.

Williams-Barnett fetaħ l-iskor fil-15-il minuta, qabel ma ħadem l-azzjoni li minnha Dominic Solanke għamilhom 2-0 fit-tieni taqsima.

B’hekk sar l-iżgħar player ta’ Tottenham li skorja fil-Premier League minn Gareth Bale fl-2007.

Il-kuntratt attwali tiegħu jiskadi fl-2028, iżda Tottenham jinsabu fiduċjużi li jilħqu ftehim ġdid biex iżommu wieħed mill-aktar prospetti promettenti tal-akkademja tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here