Thursday, July 30, 2026
Home Aktar AĠĠORNAT: Alarm Phone tappella biex jiġu salvati aktar minn 200 immigrant; 110...

AĠĠORNAT: Alarm Phone tappella biex jiġu salvati aktar minn 200 immigrant; 110 minnhom fuq dgħajsa tal-injam fis-SAR ta’ Malta

0
773

Permezz ta’ tweet Alarm Phone appellat biex jiġu salvati aktar minn 200 immigranti li jinsabu f’diffikultà.

Alarmp Phone qalet li tinsab f’kuntatt ma’ tliet dgħajjes li jinsabu f’diffikultà fiċ-ċentru tal-Mediterran. L-NGO umanitarju qal li fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta hemm madwar 110 immigranti fuq dgħajsa tal-injam, filwaqt li fuq żewġ dgħajjes oħrajn hemm madwar 100 immigrant ieħor.

Alarm Phone qalet li d-dgħajsa bl-immigranti li tinsab fis-SAR ta’ Malta tinsab madwar 32 mil nawtiku ’l barra minn Lampedusa.

L-NGO żied jgħid li d-dgħajsa ġarrbet ħsarat f’waħda mill-magni. Tenniet li filwaqt li ma rnexxilhiex tagħmel kuntatt mal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Guardia Costiera Taljana qed tiċħad li din is-sitwazzjoni taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha.