Kien għall-ħabta tas-7:30 a.m meta l-pulizija kienu informati li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Bormla, fiż-Żejtun
Hekk kif il-pulizija marru fuq il-post sar magħruf li anzjan ta’ 71 sena residenti l-Fgura intlaqat minn karozza tat-tip Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 27 sena residenti l-Fgura wkoll.
Il-vittma ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li. qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.