Dan is-sit jinsab infurmat li ħaddiem ta’ 71 sena residenti l-Imġarr tilef ħajtu fi triq Wied il-Qoton, Birżebbuġa.
Kelliem għall-Pulizija qal li huma ġew infurmati bil-każ għall-ħabta tas-1.00p.m.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ jidher li r-raġel kien qiegħed jassisti ħaddiem ieħor jimmanuvra trakk meta intlaqat mill-istess vettura.


Fuq il-post issejħet ambulanza flimkien ma’ tim mediku iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Ix-xufier tat-trakk, raġel ta’ 35 sena mill-Mosta ma ġarrabx ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li nfetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dorenn Clarke.

Aktar dettalji malli jaslulna.
Ritratti: Talk.mt