Tuesday, March 26, 2024

AĠĠORNAT: “Esperjenza mill-isbaħ li mhu se ninsieha qatt”

Kyran Bonello, rebbieħ tat-tieni staġun tal-MGT, dwar il-laqgħa tiegħu mal-Papa

Aqra wkoll

Jidher li waħda mix-xewqat ewlenin ta’ Kyran Bonello saret realtà hekk kif fuq il-midja soċjali tħabbar li Kyran irnexxielu jiltaqa’ mal-Papa Franġisku. Mhux biss irnexxielu jiltaqa’ mal-Papa Franġisku, talli kanta qaddiemu l-‘Panis Angelicus’ hu u jirċievi l-barka tiegħu.

Kyran, it-tfajjel li seraq il-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin waqt il-prestazzjonijiet ta’ ‘Malta’s Got Talent’ (MGT) u li huwa r-rebbieħ tat-tieni edizzjoni tal-MGT, kien żvela li tnejn mix-xewqat li kellu huma li jsir qassis u li jiltaqa’ personalment mal-Papa. 

Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Kyran li bħalissa jinsab Ruma fejn qalilna li: “Din kienet esperjenza li żgur li mhu se ninsieha qatt. Il-Papa huwa tassew umli u ninsab ferm kuntent li ltqajt mar-rappreżantant ta’ Sidna Ġesù Kristu fq din l-art!”

Kyran huwa wieħed mill-grupp ta’ abbatini li jservu fil-Bażilika ta’ Santa Liena, f’Birkirkara.

Ekonomija

Sport