Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: “Għawdex se jkun il-qalb tal-implimentazzjonijiet li se jsiru fil-futur” – Prim Ministru

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela, fl-ewwel żjara tiegħu f’Għawdex minn meta tħabbret l-Elezzjoni Ġenerali qal li tul l-aħħar snin, Għawdex saret forza politika importanti ħafna.

Il-Prim Ministru qal li Għawdex se tkun il-qalb tal-implimentazzjonijiet li jekk jingħata l-fiduċja jibda jimplimenta. Huwa qal li jekk l-Għawdxin jagħtu l-fiduċja se jsibu l-aktar Gvern li se jħares lejn Għawdex u jara li jimxi ‘l quddiem.

Il-Prim Ministru qal li Partit Laburista fil-Gvern ħadem għal Għawdex biex ikompli jagħmel qabżiet kbar ‘il quddiem.

Abela qal li “Għawdex huwa sabiħ iżda rridu nagħmluh aktar sabiħ.” Il-Prim Ministru semma’ kif se jkun Gvern Laburista li jdaħħal l-iswar taċ-Ċittadella fil-Lista tal-Patrimonju tal-UNESCO.

“Il-Partit Laburista huwa l-garanzija għal ħajja komda” – Clayton Bartolo

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo saħaq li id-deċiżjoni tas-26 ta’ Marzu se tkun bejn Kap tal-Oppożizzjoni li mhuwiex kapaċi jgħaqqad partit u Prim Ministru li jitkellem kontinwament dwar l-għaqda nazzjonali.

Bartolo semma’ it-track-record pożittiv tal-Partit Laburista u li fl-aħħar snin żamm il-wegħdiet tiegħu. “Irridu nkunu l-garanzija biex il-poplu jkompli jgħix ħajja komda,” qal il-Ministru Bartolo.

“Robert Abela mexxa lil pajjiżna b’għaqal fil-maltemp, ħaqqu kull tifħir” – Oliver Scicluna

Fl-intervent tiegħu id-Deputat Laburista Oliver Scicluna qal li d-deċiżjoni li jissieħeb mal-Grupp Parlamentari Laburista, ma kinitx waħda faċli iżda jinsab onorat li jingħaqad ma’ sħabu d-Deputati.

Scicluna qal li l-Prim Ministru ħaqqu kull tifħir għal mod kif mexxa lil pajjiżna “fil-maltmep.” Huwa kompla biex iddeskriva lill-Prim Ministru Robert Abela bħala “kuraġġuż” u li weġgħat ta’ ħaddiehħor jagħmilhom tiegħu.

Id-Deputat Laburista qal li l-politika tal-Gvern u tal-Partit Laburista hija li jżomm idu fuq il-polz tan-nies u jindirizza il-bżonnijiet tagħhom.

Scicluna kkonkluda jgħid li dawn il-valuri u fatturi kollha ġibduh lejn il-moviment Laburista.

Aktar qabel:

Il-Prim Ministru ta’ Malta jindirizza attivita politika fis-Sannat Għawdex

F’jum ieħor impenjat waqt il-kampanja elettorali, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qiegħed jindirizza attivita politika fis-Sannat Għawdex.

Ekonomija

Sport