Wednesday, December 25, 2024

AĠĠORNAT: Ħadd ma jweġġa’ wara li karozza nqalbet fuq is-saqaf f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Tim mediku mill-Isptar Mater Dei, Uffiċjali tal-Pulizija u Membri Mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu biex jassitu wara li nqalbet karozza f’Ħal Qormi.

Il-Każ seħħ għall-ħabta tas-7:00 p.m fi Triq l-Imdina meta raġel li kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Toyota Aygo għal xi raġuni spiċċa nqaleb.

Għalkemm fortunatament ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident, is-sewwieq ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei minħabba xokk li sofra.

Minnufih bdiet ħidma biex il-karozza tkun tista’ titneħħa u t-traffiku jkun jista’ jipprosegwi b’mod normali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport