Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: Ħaddiem imut wara li waqa’ fuq il-post tax-xogħol f’Ta’ Qali

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li fl-aħħar ħin ħaddiem sfortunatament tilef ħajtu wara li waqa’ fuq il-post tax-xogħol fiż-żona tal-Park Nazzjonali Ta’ Qali.

Fuq il-post issejħu membri mill-Isptar Mater Dei u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili madankollu, sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

L-identità tiegħu għadha mhix magħrufa.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha b’rabta mal-każ.

Aktar dettallji malli jaslulna

Ritratti: Talk.mt
Ekonomija

Sport