Friday, December 13, 2024

Aġġornat: Identifikat ir-raġel li ttella’ mejjet mill-baħar f’Marsaxlokk

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-7.00p.m. l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm jott li kien inqata’ mill-irmiġġ u kien qed jaħbat mal-breakwater ta’ Marsaxlokk kawża tal-mewġ qawwi li kien hemm.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li fuq dan il-jott kien normalment jirrisjedi Ingliż li għandu madwar 70 sena u li x’aktarx kien fuq il-jott fil-ħin tal-aċċident.

Fuq il-post ġew imsejħa l-membri tal-Forzi Armati, kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu fit-tfittxijiet, fejn dalgħodu għall-ħabta tas-6.00a.m. mill-inħawi ta’ Delimara ttella’ mill-baħar katavru ta’ raġel. Aktar tard il-katavru ġie identifikat bħala dak ta’ Ingliż ta’ 77 sena li kien jirrisjedi fl-imsemmi jott.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport