Sunday, November 24, 2024

AĠĠORNAT: Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili qed jaħdmu f’temperaturi estremi fit-Turkija

Aqra wkoll

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili Maltin fit-Turkija jwasslu messaġġ minn fejn qegħdin ifittxu. Is-sitwazzjoni hija waħda diffiċli għat-tim Malti pero l-ħidma tagħhom tibqa’ għaddejja 24 siegħa kuljum.

03.05pm: In-nies li nħarġu s’issa minn qalb it-tifrik mill-pumpiera Maltin kienu kollha bla ħajja

Għalkemm għaddejja ħidma bla waqfien, saħansitra anki matul il-lejl bil-għan li jinħarġu aktar nies minn taħt it-tifrik tal-bini fit-Turkija, sfortunatament in-nies li nħarġu s’issa mill-pumpiera Maltin kienu kollha mejtin. Dan iddikjarah wieħed mill-pumpiera Maltin f’kollegament li għamel mal-Ministru Byron Camilleri.

“Iktar mhu jgħaddi l-ħin, it-tama li noħorġu iżjed nies ħajjin tkompli tonqos,” saħaq l-istess kelliem. Dan minħabba l-kesħa tremenda li qed tkun ta’ sfida kbira matul il-ħidma tagħhom. Problema oħra li qed jiltaqgħu magħha hija l-lingwa biex ikunu jistgħu jiftiehmu man-nies.

Ilbieraħ, 32 membru tal-Protezzjoni Ċivili taw bidu għall-ħidma kollaborattiva mal-ekwipaġġ tat-Turkija sabiex jassistu lin-nies li nqabdu taħt qalb il-bini wara li żewġ terremoti ħasdu l-ħajja ta’ eluf ta’ nies kif ukoll radmu għadd ta’ bini.

Sport