Thursday, May 16, 2024

Hugo Lloris se jdum barra mill-azzjoni għal tmien ġimgħat

Aqra wkoll

Il-goalkeeper u captain ta’ Tottenham Hugo Lloris se jdum barra mill-azzjoni għal tmien ġimgħat minħabba injury fl-irkoppa.

L-eks captain ta’ Franza ta’ 36 sena sofra injury fil-ligamenti tal-irkoppa fir-rebħa ta’ Spurs fuq Manchester City bl-iskor ta’ 1-0 nhar il-Ħadd li għadda.

B’hekk issa t-team immexxi mill-coach, Antonio Conte, huwa kostrett li jutilizza lill-goalkeeper Fraser Forster li kienu ffirmaw mingħand Southampton. 

Il-goalkeeper tal-Akkademja, Brandon Austin u Alfie Whiteman huma għażliet oħra, iżda l-ebda wieħed minnhom m’għandu l-esperjenza meħtieġa. 

Bħalissa Spurs jinsabu fil-ħames post tal-Premier League u qed jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League. 

Sport