Tuesday, May 14, 2024

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ sular f’binja fil-Belt

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-8:45 a.m., kien involut f’inċident f’binja fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ħaddiem ta’ 49 sena residenti Birżebbuġa waqa’ madwar sular waqt kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport