Saturday, November 23, 2024

AĠĠORNAT: Il-każi ġodda jiżdiedu bi tmienja; 5 minnhom miċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far

Aqra wkoll

Mill-1,072 swabs li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa nstabu tmien każijiet ġodda ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19. Dan wassal biex in-numru kumplessiv tal-każi ta’ persuni li ġew infettati issa telgħu għal 458.

Qalet dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci fil-konferenza tal-aħbarijiet li matulha tat aġġornament dwar il-każi ta’ Covid-19 f’Malta u Għawdex.

Intant Prof Gauci qalet li fiequ wkoll 17-il persuna oħra biex issa n-nurmu ta’ persuni li rkupraw mill-coronavirus issa telgħu għal 303. Dan ifisser li n-numru ta’ każi attivi issa jammontaw għal 151.

Il-każi:

  • Raġel Ingliż ta’ 52 sena rsidenti Malta, li beda juri sintomi fl-20 ta’ April li għadda. l-awtoritajiet jinsabu għaddejjin bil-contact tracing ma’ membri tal-familja tiegħu u ma’ kollegi tiegħu. Ir-raġel jaħdem f’kumpanija privata.
  • Mara Maltija ta’ 29 sena li hija healthcare worker li bdiet turi sintomi fis-26 ta’ April. L-aħħar li ħadmet kienet jumejn qabel allura mhux meqjus li kien hemm persuni oħrajn esposti min-naħa tagħha. L-awtoritajiet qed jagħmlu contact tracing tal-membri tal-familja tagħha.
  • Mara Maltija ta’ 32 sena li bdiet turi sintomi fis-6 ta’ April. Din il-mara kienet deskritta bħala li solitament tbati bl-allerġiji, allura jkun diffiċli li wieħed jiddistingwi s-sintomi tal-allerġiji minn dawk tal-Covid-19. Qed isir contact tracing tal-familja u anke fuq il-post tax-xogħol tal-mara.
  • Il-ħames każijiet l-oħrajn pożittivi ħarġu miċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far. l-awtoritajiet qed ikomplu bit-testijiet, ħalli eventwalment kull min jinsab fiċ-Ċentru jiġi ttestjat. Matul il-ġurnata tal-bieraħ saru 146 test ieħor. Il-persuni inkwistjoni huma lkoll irġiel: raġel ta’ 19-il sena mis-Somalja, raġel mis-Sudan ta’ 31 sena, raġel ieħor mis-Somalja ta’ 23 sena, raġel ieħor ta’ 20 sena min-Niġerja, u ieħor ta’ 20 sena mis-Somalja.

Sport