Monday, December 23, 2024

AĠĠORNAT: “Il-Kunsill limitat… niġbru bejn tunellata skart u tnejn kuljum”

Aqra wkoll

10.32: Mitlub jirreaġixxi dwar dan l-iskart li qed jintrema, is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Alfred Grima qal li l-Kunsill hu limitat kemm jista’ jsolvi din il-problema.

Madankollu, hu qal li fil-preżent il-Kunsill jiġbor bejn tunellata u tnejn ta’ skart kuljum. Is-Sindku qal li hemm diversi żoni li huma aktar kalamita biex jintrema l-iskart u semma kif f’filmat li ra hu stess dehru diversi ġrieden iduru qaqoċċa flimkien.

AKTAR KMIENI: Diversi persuni wrew it-tħassib tagħhom dwar dak li ilhom jesperjenzaw f’Buġibba, fejn ħafna skart qed jintrema barra. 

Persuni li għaddewlna dan ir-ritratt qalu li din mhix l-ewwel darba li qed jaraw skart fit-toroq, minkejja li l-Kunsill joffri servizz apposta biex jiġi jiġbor l-iskart minn wara l-bieb ta’ darek. 

Jistqarru li dan qed ikun ta’ detriment għall-belt li tilqa’ parti kbira tat-turisti li jiġu pajjiżna. Jgħidu li iżjed u iżjed bħalissa, meta ħadna d-daqqa tal-COVID-19, ikun tajjeb li kulħadd jagħmel il-biċċa tiegħu u jgħin biex jagħmel il-pajjiż sabiħ ħalli aktar turisti jxerrdu l-kelma u jiġu f’pajjiżna. 

Ekonomija

Sport