Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: Il-kuntratturi imġiegħla jnaddfu t-toroq li ġew affetwati

… Is-Sindku jwiegħed azzjoni

Aqra wkoll

Wara intervent f’waqtu mill-inspectors tal-Building & Construction Authority, il-kuntratturi ġew imġegħla sabiex inaddfu it-toroq li ġew affettwati u sabiex ukoll isir xogħol ta’ rimedju sabiex possibilment ma jerġax jiġri t-tali inkonvenjent lin-nies tal-Qala

Kmieni dalgħodu: Ħerba f’Ta’ Kasja fil-Qala Għawdex wara l-ewwel xita

Dalgħodu r-residenti ta’ Qala sabu ma’ wiċċhom “ħerba” fiż-żona msejħa Ta’ Kasja hekk kif għamlet l-ewwel xita u kaxkret it-torba kollha li kien hemm.

F’kummenti ma’ dan is-sit, is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg qal li din it-triq ġdida li s’issa għadha bla isem baqgħet biss bit-troba u kull meta tagħmel ix-xita l-istess torba qiegħda titkaxkar u tkun ta’ periklu kemm għas-sewwieqa u anke għar-residenti.

It-triq saret minħabba proġetti ta’ bini massiv li qegħdin isiru fl-inħawi.

Is-Sindku ma’ dan is-sit qal li din hija sitwazzjoni inaċċettabli u se jkun qiegħed jitkellem mal-iżviluppatur biex jieħu azzjoni b’mod immedjat.

Ekonomija

Sport