Il-komunità Ħamruniża, u l-għaqdiet Ħamruniżi minn jeddhom u bi qbil qablu li jħassru l-marċ ta’ filgħodu ppjanat għal nhar il-festa ta’ San Gejtanu, li kien se jiżvolġi il-Ħad 9 ta’ Awwissu fit-toroq tal-Ħamrun.
L-Għaqdiet Ħamruniżi qalu li fid-dawl tal-aħħar żviluppi fin-numru ta’ każi ġodda ta’ Covid-19 ġie deċiż li l-marċ fuq barra għandu jkun imħassar filwaqt li l-każini se jkunu qed jiddiskutu fuq l-attivitajiet ippjanati fuq ġewwa li fuqhom għad trid tittieħed deċiżjoni li eventwalment tkun ikkomunikata.
L-Għaqdiet appellaw sabiex ikun hemm koperazzjoni u fl-istess ħin talbu lin-nies tifhem li dak li qed isir mhux qed isir b’gost u pjaċir iżda għax is-sens komun jitlob hekk.