Friday, November 15, 2024

AĠĠORNAT: Il-Ministru Ian Borg: Il-Maltin fit-Turkija jinsabu kollha siguri

Aqra wkoll

Hekk kif komplew jidħlu aktar rapporti mit-Turkija dwar it-terremot li seħħ ilejla, jirriżulta li l-Maltin li hemm huma kollha siguri.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg, f’messaġġ li tella’ fuq Facebook kiteb li jinsab informat mill-Ambaxxata Maltija f’Ankara li l-voluntiera minn SOS Malta u krew tal-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net News jinsabu awwijin u sħaħ hekk kif kienu għadhom kif telqu fi triqthom lura lejn l-ajruport propju minn fuq il-post fejn illejla seħħ terremot ieħor.

Il-Ministru rringrazzja lill-Ambaxxatrici f’Ankara, kif ukoll lill-Konslu Ġenerali f’Istanbul, li flimkien mat-timijiet tagħhom tlabthom sabiex jassistu kemm jistgħu f’kull każ possibbli.

Borg sostna li Malta hija mpenjata li tkompli turi solidarjetà mal-pajjiżi rispettivi, it-Turkija u s-Sirja f’dan il-mument ta’ bżonn.

Intant, rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jgħidu li s’issa nstabu 3 persuni mejtin però jidher li hemm mijiet oħrajn li jinsabu taħt it-tifrik hekk kif iġġarraf aktar bini.

07.58pm TERREMOT IEĦOR JHEŻŻEŻ LIT-TURKIJA

Kien propju għall-ħabta tas-8.04pm (ħin lokali) li seħħ terremot ieħor qawwi t-Turkija. Din id-darba kien imkejjel 6.4 fuq l-iskala richter.

It-terremot inħass l-aktar mill-villaġġ ta’ Defne però bliet bħal Antakya u Adana wkoll qalu li ħassew it-theżżiża għalkemm jinsabu 300 kilometru ‘l bogħod.

Rapporti qegħdin jgħidu li l-ħaddiema tas-salvataġġ kienu diġà fuq il-post minħabba li għada għaddejja t-tfittxija għal aktar persuni mill-ewwel terremot.

Huma qegħdin jaraw jekk hemmx xi persuni li għadhom bżonn l-għajnuna.

Artiklu preċedenti
AĠĠORNAT: Żagħżugħ ta’ 19-il sena fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Ħaż-Żebbuġ
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport