Sunday, November 24, 2024

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea bi żjara f’Malta

Aqra wkoll

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von der Leyen illum mistennija tasal f’Malta fejn matul din iż-żjara hija mistennija tħabbar l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Rkupru ta’ Malta.

F’Lulju li għadda l-Gvern kien ħabbar il-pjan ta’ Malta għall-Irkupru minn Fondi Ewropej, b’nefqa ta’ €345 miljun mill-Fond tal-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Unjoni Ewropea. Intqal kif dan se jwassal biex isiru 17-il proġett u inizjattivi, li huma mfasslin fuq sitt oqsma ewlenin.

Il-Gvern Malti kien ssottometta dan il-pjan għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewrropea biex ikun jista’ jibda jimplimenta numru ta’ inizjattivi.

Sport