Sunday, December 22, 2024

AĠĠORNAT: IMUT IT-TORK LI WAQA’ MINN GĦOLI FL-IMSIDA

Aqra wkoll

F’komunikat mill-pulizija lill-midja ntqal li l-ħaddiem Tork li waqa’ minn għoli l-Ġimgħa li għaddiet kien miet waqt li kien qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.

Huwa kien sofra ġrieħi serji wara li għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Victor Denaro fl-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Tork ta’ 43 sena residenti l-Imsida kien waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-ħaddiem lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. 

B’rabta ma’ dan l-inċident infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Astrid May Grima filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport