Thursday, April 18, 2024

Mill-2013 ‘l hawn żdiedu b’70,000 dawk li kapaċi jsaħħnu djarhom

Il-Ministru Michael Falzon

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li jinsab kburi li qiegħed iressaq quddiem il-Kamra l-approvazzjoni tal-akbar nefqa li qatt kellna fil-qasam soċjali. Għas-sena d-dieħla, dan il-Gvern għall-qasam soċjali alloka s-somma ta’ kważi €2 biljun. 

Waqt li kienu qed jiġu diskussi l-estimi finanzjarji għall-Ministeru li tiegħu huwa responsabbli, il-Ministru Falzon saħaq li għal dan il-Gvern ir-ruħ soċjali huwa l-motto tiegħu. Qal li minkejja kollox, qed tibqa’ tingħata stabilità, sostenn, ħarsien u fuq kollox kwalità ta’ ħajja aħjar liċ-ċittadini. 

“Ħarisna lin-nies mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma u naqqasna kemm stajna l-inflazzjoni. Jekk għandu timbru dan il-budget huwa dak ta’ budget soċjalment b’saħħtu u ġust. Ikunu x’ikunu ċ-ċirkostanzi aħna se nibqgħu hemm għan-nies,” qal il-Ministru Michael Falzon.

Huwa semma wkoll kif fl-2013 dawk li ma kinux jifilħqu jsaħħnu djarhom fix-xitwa kienu 24%. Sal-2021 dawn niżlu għal inqas minn 8%. Dan ifisser li llum li għandna 70,000 peruna aktar illi kapaċi jsaħħnu darhom. 

Dr Falzon tkellem ukoll dwar il-pensjonijiet u qal li fejn ħaddieħor ħallihom iffriżati għal 22 sena, din is-sena fil-budget Gvern Laburista se jkun qiegħed jagħti t-tmien żieda konsekuttiva lill-pensjonanti tagħna.

Ekonomija

Sport