Jude Bellingham jinsab qrib li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Real Madrid li jestendi l-impenn tiegħu mal-club sal-2032.
Il-midfielder Ingliż ta’ 23 sena għandu kuntratt validu sal-2029 iżda l-president Florentino Pérez irid jiżgura l-futur tiegħu b’estensjoni ta’ tliet snin oħra.
Il-ftehim il-ġdid mistenni jinkludi wkoll żieda sostanzjali fis-salarju tiegħu, li jista’ jitla’ għal madwar €450,000 fil-ġimgħa, biex b’hekk ikun fost l-aktar players imħallsa tal-club.
Bellingham ingħaqad ma’ Real Madrid mingħand Borussia Dortmund fl-2023 għal madwar €127 miljun u malajr sar wieħed mill-protagonisti ewlenin tat-team.
Fl-ewwel staġun tiegħu rebaħ kemm La Liga kif ukoll iċ-Champions League, u Real Madrid qed jarawh bħala pedina importanti għall-futur tagħhom.




